Konfigurazzjoni meħtieġa
L-installazzjoni ta' Mandriva Linux, ġeneralment tikkonsisti f'li sempliċiment iddaħħal is-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM, u tirristartja l-kompjuter. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 1.
NOTA:
Hawn taħt issib id-diversi modi kif tinstalla Mandriva Linux:
Is-CDROM tal-installazzjoni kapaċi tibbutja. Ġeneralment, kemm iddaħħal is-CD fid-drajv u irributja l-PC. Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin: Agħfas [Enter] biex tibda' l-installazzjoni, jew agħfas [F1] għal iżjed għajnuna.
NOTA:
Fuq xi laptops, is-sistema tista' ma tkunx kapaċi tibbutja minn fuq is-CD. F'dak il-każ, trid toħloq flopi li jibbutja. Ara punt 2 għal iżjed dettalji.
Jekk il-kompjuter ma' jistax jibbutja minn fuq is-CD, trid toħloq flopi li jibbutja taħt il-Windows, kif ġej:
Biex tibda l-installazzjoni:
Jekk għal xi raġuni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-ħtiġijiet tiegħek (eż, trid tagħmel installazzjoni bin-netwerk, minn fuq apparat pcmcia jew ...), trid ukoll toħloq flopi tal-ibbutjar:
Din hija lista ta' "images" li jibbutjaw:
cdrom.img | installa mis-CD-ROM |
hd_grub.img | installa mill-ħard disk (minn sistema ta' fajls
Linux, Windows jew ReiserFS) tista' tikkonfigurah għas-sistema tiegħek hawn: http://qa.mandriva.com/hd_grub.cgi |
network.img | installa minn ftp/nfs/http NOTA: tkun trid iddaħħal network_drivers.img fid-drajv tal-flopi meta' tkun mitlub |
pcmcia.img | installa minn apparat pcmcia (twissija, ħafna mill- apparat tan-netwerk pcmcia issa huwa sapportiti direttament minn network.img) |
Tista' wkoll taħraq boot.iso fuq CDROM u tibbutja minn fuqha. Tissapporti l-metodi kollha tal-installazzjoni - cdrom, netwerk u ħard disk.
Tista' wkoll tagħmel installazzjoni testwali jekk, għal kwalinkwa raġuni, issib problemi bl-installazzjoni impliċita grafika. Biex tagħmel dan, agħfas [F1] fl-iskrin ta' merħba Mandriva Linux, imbgħad ittajpja text fil-prompt.
Jekk għandek bżonn tirkupra sistema eżistenti ta' Mandriva Linux, daħħal is-CDROM tal-installazzjoni (jew flopi li tibbutja), agħfas [F1] fl-iskrin ta' merħba tal-Mandriva Linux, u ittajpja rescue fil-prompt.
Ara http://www.mandrivalinux.com/drakx/README għal informazzjoni iżjed teknika.
Nota importanti:
Il-kont "root" jagħtik aċċess bla restrizzjonijiet għas-sistema Linux tiegħek. Tużax dan il-kont ħlief biex tikkonfigura jew tamministra l-Linux. Għall-użu ta' kuljum, uża kont tal-utenti normali li tista' tikkonfigura bl-għodda "userdrake", jew bil-kmandijiet "adduser" u "passwd".
Għal iżjed sapport, ara dan li ġej: