Mandrakelinux Istruzzjonijiet ghall-Installazzjoni Konfigurazzjoni mehtiega * CPU Pentium jew kompatibbli * Drajv CDROM * Ta' l-inqas 32 MB RAM, 64 MB rakkomandati L-installazzjoni ta' Mandrake Linux tikkonsisti, f'hafna kazi, f'li tpoggi c-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM u tirristartja l-kompjuter. Jekk joghgbok irreferi ghal punt 1. NOTA: * Jekk taggorna minn Mandrake Linux verzjoni 7.x, 8.x jew 9.x tinsiex taghmel kopja tas-sigurtà tas-sistema tieghek. * Aggornament minn verzjonijiet izjed antiki (qabel 7.0) MHUX sapportit. F'dak il-kaz trid taghmel installazzjoni mill-gdid u mhux aggornament. ______________________________________________________________________ Dawn huma d-diversi modi kif tista' tinsalla Mandrakelinux: 1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD 2. Ohloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows 3. Metodi ohrajn ta' installazzjoni ______________________________________________________________________ 1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD Is-CD ta' installazzjoni (l-ewwel CD) hija "bootable", F'hafna kazi, tista' ddahhal is-CD fid-drajv u tixghel il-kompjuter. Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin: Aghfas [Enter] biex tibda l-installazzjoni, ewj [F1] ghal izjed ghajnuna. NOTA: Fuq certi laptops jew kompjuters antiki, is-sistema tista' ma tkunx kapaci tistartja minn fuq is-CD. Jekk dan huwa l-kaz, ipprova startja minn fuq it-tieni CD - hija wkoll "bootable", u tuza process izjed "safe". Meta tintalab, ibdel is-CD. Jekk anqas dan ma jahdem, trid tipprepara diska flopi biex tistartja biha. Ara punt 2 ghal izjed dettalji. [mur fuq nett tal-pagna] ______________________________________________________________________ 2. Ohloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows Jekk il-kompjuter tieghek ma jistax jistartja minn fuq CDROM, tista' tohloq flopi biex tistartja fuqha minn go l-Windows, b'dan il-mod: * Dahhal is-CDROM u iftah l-ikona "My Computer", klikkja bil-buttuna leminija tal-maws fuq is-CDROM u aghzel "Open" * mur fid-direttorju "dosutils" u klikkja-doppja fuq l-ikona "rawwritewin" * Dahhal diska flopi vojta fid-drajv tal-flopi * Aghzel "D:\images\cdrom.img" fil-kaxxa "Image File" (jekk id-drajv CDROM huwa "D:") * Aghzel "A:" fil-kaxxa "Floppy Drive", imbaghad klikkja fuq "Write". Biex tibda l-installazzjoni: * Dahhal l-ewwel CD fid-drajv CDROM, u l-flopi fid-drajv tal-flopi, * irristartja l-kompjuter. [mur fuq nett tal-pagna] ______________________________________________________________________ 3. Metodi ohrajn ta' installazzjoni Jekk ghal xi raguni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-htigijiet tieghek (ez, trid taghmel installazzjoni bin-network, installazzjoni minn apparat pcmcia ecc), trid xorta taghmel flopi biex tistartja minn fuqha: * Fil-Linux (jew sistemi moderni tal-UNIX ohra) ittajpja fil-prompt: $ dd if=xxxxx.img of=/dev/fd0 * Fil-Windows, uza l-metodu msemmi f'punt 2, imma uza xxxxx.img (ara taht) minflok cdrom.img. * Taht DOS, jekk l-ittra tad-drajv CDROM huwa D:, ittajpja: D:\> dosutils\rawrite.exe -f images\xxxxx.img -d A Din hija lista ta' "images" ta' diski flopi disponibbli: cdrom.img Installa mis-CDROM hd.img Installa mill-hard-disk (minn filesystem Linux, Windows, jew ReiserFS) network.img Installa minn ftp/nfs/http pcmcia.img Installa minn apparat pcmcia (innota li l-bicca l-kbira tal-kards tan-network pcmcia issa sapportjati direttament minn network.img) hdcdrom_usb.img Installa minn hard disk jew CDROM imqabbad mal-USB network_gigabit_usb.img Installa minn network imqabbad mal-USB jew adattur Gigabit blank.img Installa kernel tal-Linux tieghek Biex tuza blank.img, ibni kernel tal-Linux personalizzat tieghek, bil-moduli kollha inkluzi direttament (mhux bhala moduli), u mbghad, wara li tohloq il-flopi minn blank.img, ikkopja vmlinuz ghal fuqha. [mur fuq nett tal-pagna] ______________________________________________________________________ Tista' wkoll tuza modalità testwali jekk, ghal xi raguni, ma jirnexxielekx tuza l-installazzjoni normali grafika. Biex tuzaha, aghfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrakelinux welcome, u ttajpja text fil-prompt. Jekk ghandek bzonn tirkupra s-sistema Mandrakelinux, dahhal is-CD jew flopi tal- installazzjoni Mandrake, aghfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrakelinux welcome, u ttajpja rescue fil-prompt. Ara http://www.linux-mandrake.com/drakx/README ghal informazzjoni izjed teknika. [mur fuq nett tal-pagna] ______________________________________________________________________ Dawn huma l-istadji principali tal-installazzjoni: 1. Dahhal is-CDROM tal-installazzjoni (jew il-flopi li tistartja fuqha jekk mehtiega) u rristartja l-kompjuter. 2. Aghfas [Enter] meta jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrakelinux u segwi l-istruzzjonijiet li jidhru. 3. Meta l-ionstallazzjoni tlesti nehhi s-CD meta din tinfetah (u l-flopi jekk intuzat). Il-kompjuter jirristartja. 4. Meta jistartja l-PC jitla' Mandrakelinux. Meta jitla', int tista' taghmel login bil-kont tal-user li hloqt waqt l-installazzjoni, inkella bhala "root". Nota importanti: Il-kont "root" jaghtik access bla restrizzjonijiet lis-sistema Linux kollha! Tuzax dan il-kont hlief biex tikkonfigura u tamministra s-sistema. Ghall-uzu ta' kuljum, uza kont ta' user normali li tista' tikkonfigura bil-programm "userdrake", jew bil-kmandijiet "adduser" u "passwd". Merhba ghad-dinja ta' Mandrakelinux ! [mur fuq nett tal-pagna] ______________________________________________________________________ Ghal izjed sapport, ara dawn li gejjin: * Sapport ghand http://www.mandrakeexpert.com/ * Errata fuq http://www.mandrakelinux.com/en/errata.php3 * Avvizi ta' sigurtà ta' Mandrake fuq http://www.mandrakesecure.net/en/advisories/ * Dokumentazzjoni online fuq http://www.mandrakelinux.com/en/fdoc.php3 * Aqra u hu sehem fid-diskussjonijiet online ta' Mandrake Club fuq http://www.mandrakeclub.com * Listi postali fuq http://www.mandrakelinux.com/en/flists.php3 * Arkivji ta' messaggi li facli tfittex fuqhom, fuq http://marc.theaimsgroup.com/ * Fittex l-internet bil-Google fuq http://www.google.com/ * Fittex gruppi Usenet bil-Google Groups fuq http://groups.google.com/groups?group=comp ______________________________________________________________________