Konfigurazzjoni meħtieġa
L-installazzjoni ta' Mandrake Linux tikkonsisti, f'ħafna każi, f'li tpoġġi c-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM u tirristartja l-kompjuter. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 1.
NOTA:
Dawn huma d-diversi modi kif tista' tinsalla Mandrake Linux:
Is-CD ta' installazzjoni (l-ewwel CD) hija “bootable”, F'ħafna każi, tista' ddaħħal is-CD fid-drajv u tixgħel il-kompjuter. Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin: Agħfas [Enter] biex tibda l-installazzjoni, ewj [F1] għal iżjed għajnuna.
NOTA:
Fuq ċerti laptops jew kompjuters antiki, is-sistema tista' ma tkunx kapaċi tistartja minn fuq is-CD. Jekk dan huwa l-każ, ipprova startja minn fuq it-tieni CD - hija wkoll “bootable”, u tuża proċess iżjed "safe". Meta tintalab, ibdel is-CD. Jekk anqas dan ma jaħdem, trid tipprepara diska flopi biex tistartja biha. Ara punt 2 għal iżjed dettalji.
Jekk il-kompjuter tiegħek ma jistax jistartja minn fuq CDROM, tista' toħloq flopi biex tistartja fuqha minn ġo l-Windows, b'dan il-mod:
Biex tibda l-installazzjoni:
Jekk għal xi raġuni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-ħtiġijiet tiegħek (eż, trid tagħmel installazzjoni bin-network, installazzjoni minn apparat pcmcia eċċ), trid xorta tagħmel flopi biex tistartja minn fuqha:
Din hija lista ta' "images" ta' diski flopi disponibbli:
cdrom.img | Installa mis-CDROM |
hd.img | Installa mill-ħard-disk (minn filesystem Linux, Windows, jew ReiserFS) |
network.img | Installa minn ftp/nfs/http |
pcmcia.img | Installa minn apparat pcmcia (innota li l-biċċa l-kbira tal-kards tan-network pcmcia issa sapportjati direttament minn network.img) |
hdcdrom_usb.img | Installa minn ħard disk jew CDROM imqabbad mal-USB |
network_gigabit_usb.img | Installa minn network imqabbad mal-USB jew adattur Gigabit |
blank.img | Installa kernel tal-Linux tiegħek |
Biex tuża blank.img, ibni kernel tal-Linux personalizzat tiegħek, bil-moduli kollha inklużi direttament (mhux bħala moduli), u mbgħad, wara li toħloq il-flopi minn blank.img, ikkopja vmlinuz għal fuqha.
Tista' wkoll tuża modalità testwali jekk, għal xi raġuni, ma jirnexxielekx tuża l-installazzjoni normali grafika. Biex tużaha, agħfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merħba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja text fil-prompt.
Jekk għandek bżonn tirkupra s-sistema Mandrake Linux, daħħal is-CD jew flopi tal- installazzjoni Mandrake, agħfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merħba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja rescue fil-prompt.
Ara http://www.linux-mandrake.com/drakx/README għal informazzjoni iżjed teknika.
Nota importanti:
Il-kont "root" jagħtik aċċess bla restrizzjonijiet lis-sistema Linux kollha! Tużax dan il-kont ħlief biex tikkonfigura u tamministra s-sistema. Għall-użu ta' kuljum, uża kont ta' user normali li tista' tikkonfigura bil-programm "userdrake", jew bil-kmandijiet "adduser" u "passwd".
Għal iżjed sapport, ara dawn li ġejjin: